Spacer

Spacer

Spacer

Spacer

Spacer

Spacer

 

 

 

 

 

Il-gvern ghandu jnaqqas u mhux izid l-incertezza kif ghamel biz-zieda fis-surcharge

09-07-2008

 

Il-mod kif qed igib ruhu l-gvern quddiem il-krizi internazzjonali fil-prezz taz-zejt u l-mod kif qed jitratta lill-konsumaturi Maltin u Ghawdxin huwa inaccettabli. II-mod kif gab ruhu l-gvern Nazzjonalista, meta wahdu u minghajr konsultazzjoni ma hadd ddecieda li kwazi jirdoppja s-surcharge minn 50% ghal 95%, wera kemm huwa insensittiv fil-konfront tal-familji.

Infakkar kif il-poplu Malti u Ghawdxi thalla hamsin jum fl-ghama dwar il-kwisjoni tas-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Il-Ministru Tonio Fenech kien habbar li r-rata tas-surcharge kellha tghola, fil-15 ta' Mejju f'intervista mal-gurnal The Times, izda naqas li jghid jew ghall-inqas jaghti indikazzjoni ta' kemm din ir-rata setghet tkun. Dan kien anki ikkonfermat mill-imsiehba socjali, membri tal-Kunsill Malti ghall-iZvilupp Ekonomiku u Socjali, l-MCESD.

Dan l-attegjament minn naha tal-gvern wassal ghal incertezza kbira. Il-konsumaturi, ghaldaqstant kull cittadin Malti u Ghawdxi, ghandu dritt li ta’ l-inqas ikun infurmat ftit zmien qabel ma ssir revizjoni daqshekk qawwija bhal dik imhabbra fuq is-surcharge. Il-gvern ghandu jzomm f'mohhu li hawn familji li minhabba d-dhul ristrett taghhom jippjanaw bil-quddiem kif se jkunu ser iqassmu l-flus taghhom u zieda qawwija fis-surcharge taffettwa drastikament il-pjani taghhom.

Fl-istess sitwazzjoni huma certament l-imsiehba socjali, li minkejja li nghataw spjegazzjoni teknika dwar kif il-gvern qed jixtri z-zejt, ma nghataw l-ebda indikazzjoni ta' kemm is-surcharge potenzjalment setghet tkun. Dan apparti l-fatt li l-gvern naqas li jikkonsulta maghhom bl-iskuza fjakka li dil-konsultazzjoni ghamilha fl-2005.

Il-Partit Laburista jishaq li l-Prim Ministru ghandu d-dmir li jippublika l-istudji dwar l-impatt socjali u ekonomiku taz-zieda fis-surcharge minn 50% ghal 95%. Il-gvern ghandu wkoll l-obbligu li jispjega x'wassal ghal din iz-zieda, meta ghal aktar minn darba ftahar li diga innegozja ftehim ta' hedging ghax-xiri taz-zejt li jkopri wkoll parti mis-sena d-diehla.

Il-Partit Laburista jitlob lill-gvern biex ikun hafna iktar sensittiv fir-revizjoni fit-tariffi tad-dawl u l-ilma li qed qed jitkellem dwarha ghaliex il-familji Maltin u Ghawdxin ma jifilhux igorru aktar pizijiet. Il-gvern irid inaqqas l-incertezza u mhux izidha kif ghamel fl-ahhar gimghat meta gie biex izid is-surcharge.

Il-Partit Laburista se jkun vigilanti biex jassigura li d-drittijiet tal-konsumatur ikunu imharsa b'mod partikolari mill-gvern, li suppost f'dan il-qasam ghandu jkun ta' ezempju.

Silvio PARNIS

Kelliem Ewlieni ghall-Protezzjoni tal-Konsumaturi

 

Spacer

Spacer

Spacer

 

© 2006 Partit Laburista - Centru Nazzjonali Laburista, Triq Milend, Hamrun HMR 02, Malta. Tel: (+356) 2124 9900
Mappa tas-Sit | Segretezza Personali | Drittijiet ta' l-Awtur | Cahda | Ikkuntattjana